Wednesday, May 15, 2024

Jurgen Balzan jieħu sehem fiċ-Champions League 2022 tat-Table Football

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet organizzata ċ-Champions league tat-Table Football ġewwa l-Italja.  Jurgen Balzan kien qed jipparteċipa mat-tim tiegħu Belġjan St Stembert, li kien iffurmat minn Pascal Scheen, Daniel Scheen, Eric Threis u Jurgen Balzan.  Fil-grupp ta’ Stembert kien hemm it-timijiet Fiamme Azzurre, Bormla SC, Royal 78, Olympia, Scarlet. 

Kienet kwalifikazjoni diffiċli ħafna, huma iżda rnexxielhom jikkwalifikaw biex b’hekk il-Ħadd lagħbu mal-aħħar 16 mat-tim Taljan Reggio Emilia.

Reggio Emilia kien ir-rebbieħ u anke rebbieħa tac-Champions League. St Stembert ġew klassifikati fl-14-il post u issa l-impenn li jmiss huwa l-Major ta’ Franza li ser issir iktar tard f’dan ix-xahar.

Sport