Sunday, December 22, 2024

Veterani: MFPA jiksbu l-ħames rebħa konsekuttiva u jibqgħu l-ewwel

Aqra wkoll

MFPA komplew għaddejjin bis-serje pożittiva tagħhom wara li għelbu lil Hibernians Veterans bl-iskor ta’ 7-6.

Il-Malta Football Players Association qabdu konsistenza liema bħalha hekk kif kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva sabiex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-VMFA Cisk Premier League.

Mark Barbara skorja tripletta għal MFPA b’Aleksandar Ribic li kien awtur ta’ doppjetta. Gareth Sciberras u Roderick Bajada żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Hibernians baqgħu fil-logħba grazzi għad-doppjetti ta’ Ilia Nazarov, Glenn Bonello u Alan Tabone filwaqt li kien hemm ukoll awtogowl favurihom.

Luxol u Birkirkara St Helen’s temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw spettakolari ta’ 6-6. Kif jindika l-iskor, kienet logħba movimentata bil-vantaġġ jalterna minn tim għall-ieħor.

Ayrton Buhagiar skorja tripletta għall-Karkariżi b’Daniel Cremona li skorja doppjetta. Claudio Calleja żied ieħor għat-tim tiegħu.

Luxol skorjat il-gowls tagħhom wara erba’ gowls ta’ Michael Galea u żewġ gowls ta’ Manolito Micallef.

F’partita bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Rabat għelbu lil Żurrieq 6-3.

Ibrahim Tarek skorja doppjetta filwaqt li awtogowl, Timmy Zammit, Joseph Caruana u Dylan Falzon żiedu aktar gowsl għall-Magpies.

Mario Camilleri, Ahmed Trabelsi u Jurgen Mifsud naqqsu l-marġni tal-iskor għal Żurrieq.

Gżira United ħadu walk-over fuq Żejtun Red Stars li ma niżlux għal-logħob.

KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

MFPA 26, Gżira United 25, Birkirkara St Helen’s 23, Hibernians 18, Luxol 17, Rabat Veterans 16 , Żejtun Red Stars 12, Żurrieq Wolves 3

Ekonomija

Sport