Wednesday, July 24, 2024

Futsal Nisa: Lija A u St Margherita jgħaddu għas-semi-finali

Aqra wkoll

Lija Athletics A u Santa Margherita AFC jgħaddu għas-semifinali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy

Lija Athletics A u Santa Margherita AFC Futsal kisbu post fis-semifinali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy meta kisbu rebħiet tajbin fil-kwarti tal-finali rispettiva tagħhom.

Lija Athletics A għelbu lil Lija Athletics B 8-1 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien diġa’ 4-0 bl-ewwel tim minn Ħal Lija li baqa’ fil-kontroll tal-logħba sat-tmiem.

Ruth Steer Cheetham skorjat tliet gowls, Michela Felice kienet awtriċi ta’ doppjetta filwaqt li Fallon Sammut, Sarah Grech u Ylenia Azzopardi wkoll sabu x-xibka.

Andrea Mejia naqqset il-marġni tal-iskor għal Lija Athetics B.

Referees kienu Luca Formosa u Arlind Subashi.

Santa Margerita għelbu lil Parr Mela Rocket Futsal 4-2 f’logħba ferm interessanti.

Santa Margerita kellhom xi ħaġa iktar mill-avversarji tagħhom u sal-ewwel taqsima, l-iskor kien 3-1. Fit-tieni taqsima, Parr Mela Rocket Futsal naqqsu l-marġni tal-iskor għalkemm xorta waħda ma ħadu xejn minn din il-logħba hekk kif Santa Margerita żiedu gowl ieħor.

Edera Marmara skorjat doppjetta għal Santa Margerita b’Darya Attard u Nicole Valentina li niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Jennifer Garzon u Mirhea Gomez kienu l-iskorers għal Parr Mela Rocket Futsal.

Referees kienu Marco La Rosa u Pierre Bonnici.

Ekonomija

Sport