Wednesday, April 24, 2024

Veterani: Żurrieq Wolves jiksbu double fuq Luxol

Aqra wkoll

Żurrieq Wolves kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Luxol 4-1 u kiseb double fuq l-istess avversarji.

Iż-Żrieraq kienu motivati sabiex jiksbu l-massimu minn din il-partita wara sensiela ta’ riżultati mhux daqstant pożittivi. Fuq kollox huma kellhom lill-goalkeeper David Farrugia li laqa’ dak kollu li ġie għal idejh sabiex żamm lit-tim tiegħu fil-logħba.

Żurrieq fetħu vantaġġ doppju wara gowls ta’ Brian Axisa u Josef Vassallo.
Ftit minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Luxol ingħataw penalty li ġie skorjat minn Manolito Micallef iżda Żurrieq reġgħu żiedu l-vantaġġ b’gowl tajjeb ta’ Alex Abdilla.

Fit-tieni taqsima, il-Wolves issiġġillaw ir-rebħa permezz ta’ Clarence John Thompson li wara li rċieva tajjeb minn Robert Zammit xeħet f’lasta vojta.

Skor finali: Luxol 1 Żurrieq 4

Referee kien Reno Galea.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Championship Pool

MFPA 35, Gżira United 31, Birkirkara St Helen’s 29, Hibernians 19.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Challenge Pool

Luxol, Rabat 17, Żurrieq Wolves 6.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport