Wednesday, September 25, 2024

Vicenza jfakkru lil Paolo Rossi

Aqra wkoll

Ilbieraħ Vicenza iċċelebrat għeluq snin l-eks attakkant internazzjonali Taljan Paolo Rossi bi mural għoli 60 metru li sar f’Torre Everest f’Via Torino mill-artist Brażiljan Eduardo Kobra.

Rossi ħalla din id-dinja fis-sena 2020 fl-eta’ ta’ 64 sena u kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa attakkanti Taljani ta’ kull żmien. Hu spiċċa l-aqwa skorer fit-tazza tad-dinja 1982 li saret fi Spanja.

Rossi lagħab ma’ Vicenza bejn l-1976 u l-1980 u fost l-oħrajn, hu libes ukoll il-flokkijiet ta’ Juventus, Como, Milan u Verona.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport