Saturday, July 25, 2026
Home Sport Walter Zenga diriġent sportiv ma’ Siracusa

Walter Zenga diriġent sportiv ma’ Siracusa

0
126

Wara li għasses il-lasti għal diversi snin ma’ Inter u wara li dar diversi pajjiżi jmexxi xi klabbs internazzjonali bħala kowċ, l-eks goalkeeper internazzjonali Taljan Walter Zenga se jaħdem wara skrivanija hekk kif ġie maħtur bħala diriġent sportiv ma’ Siracusa Calcio fis-serie D.

Għal Zenga dan se jkun ritorn fi Sqallija wara li aktar qabel mexxa lil Catania u Palermo bħala kowċ.

Siracusa għandhom ambizzjonijet kbar li jitilgħu aktar skaluni fil-futbol Taljan u qed ibiddlu ftit l-istil ta’ tmexxija tagħhom.