Sunday, December 22, 2024

Vittmi ma jkunux jafu min hija l-persuna ta’ riferiment fuq il-każ tagħha

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-lecturer mill-Università ta’ Worcester Dott. Beverly Gilbert tisħaq fuq il-bżonn li l-professjonisti jikkollaboraw u jaqsmu l-informazzjoni

Il-kelliema ewlenija fil-konferenza “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika”, il-lecturer mill-Università ta’ Worcester speċjalizzata fil-Vjolenza Domestika/Sesswaali u Kriminoloġija, Dott Beverly Gilbert, saħqet li fl-importanza li tinqasam l-informazzjoni, li l-professjonisti jkunu jafu kif jieħdu assessjar ta’ riskju sew u li tkun assigurata kollaborazzjoni mill-aġenziji kollha fil-qasam.

“Dan biex verament nagħmlu differenza. Bħala punt tat-tluq hemm bżonn li nikkollaboraw,” insistiet Gilbert. Hija aċċennat li hemm sitwazzjoni fejn il-vittma ssib ruħha f’diffikultajiet minħabba li hemm diversi professjonisti maqsuma skont sezzjonijiet partikolari fil-każijiet ta’ vjolenza domestika. Elaborat li hemm persuni li huma mħarrġa u responsabbli jagħmlu ħaġa mentri oħrajn jieħdu ħsieb affarijiet oħra b’konsegwenza fuq il-vittma li ma tkunx taf għand min għandha eżattament tirrikorri bħala l-persuna ta’ riferiment fuq il-każ tagħha.

“It-taħwid tal-moħħ u l-konfużjoni mhumiex tajbin”

“It-taħwid tal-moħħ u l-konfużjoni mhumiex tajbin. Is-servizzi mill-aġenziji jistgħu jingħaqdu u jaqsmu r-riżorsi. Iridu jieqfu u jifhmu x’għandha bżonn dik il-vittma li kellha l-kuraġġ li toħroġ mill-abbuż ta’ vjolenza domestika. Għandna bżonn nisimgħuhom u li nieqfu niġġudikawhom. Għandna bżonn ngħinu lill-vittmi li rebħu fuq il-vjolenza domestika kif ukoll lit-tfal involuti,” kompliet Gilbert.
Din l-esperta fil-qasam insistiet li rridu ngħarrfu li mhuwiex it-tort tal-vittmi u fil-bżonn li neliminaw l-istigma li hemm tlum fuq dan is-suġġett. Minflok, għandha nuru kompassjoni u nagħtuhom is-sostenn meħtieġ. Iżda mhux biss. Għandna bżonn naqsmu l-informazzjoni u dan kemm bejn l-aġenziji kif ukoll fil-komunitajiet.

Hawn hija qalet li, “meta naħsbu li l-vittmi ta’ vjolenza domestika huma dgħajfa, inkunu żbaljati ħafna. Ngħidilkom li huma wħud mill-aktar persuni b’saħħithom u reżiljenti li jeżistu! Dawn huma rebbieħa”.

Punt importanti li ħareġ mid-diskors ta’ Gilbert huwa “nafu x’jaħdem u nafu x’hemm bżonn li jsir. Nisa li jesperjenzaw żvantaġġjar multiplu u kompless li qegħdin jirkupraw minn trawma u abbuż, iħossuhom iżolati mis-soċjetà u mitlufa. Dawn għandhom bżonn ta’ spazju sigur fejn jingħataw widen, għajnuna u sostenn. Dan kemm jekk forsi fi grupp ta’ nisa bħalhom jew post reliġjuż… Minflok, dawn qegħdin joqgħodu jduru min-naħa għall-oħra jew minn servizz għall-ieħor. Ħafna drabi hija l-vittma li toħroġ minn dan l-abbuż li niffokaw fuqha għax ma nafux x’għandna nagħmlu bil-persuna responsabbli mill-abbuż. Nafu u hemm ħafna evidenza imma, ma nagħmlu xejn. Dan hemm bżonn li jinbidel”.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport