Tuesday, April 30, 2024

VMFA: Gżira United jirbħu d-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

żira United FC Veterans rebħu d-David Cluett Memorial Cup wara li fil-finali tal-bieraħ għelbu lil Birkirkara St Helen bl-iskor ta’ 9-2.

Kif jindika l-iskor, il-Gżirjani ddominaw kompletament il-partiti u minkejja l-isforzi tal-Karkariżi, kienet biċċa xogħol diffiċli li jwaqqfu lil Andrew Cohen, Firas Aboulezz, Alex Muscat u Jonathan Pearson li kienu l-aħjar plejers fil-grawnd.

Aboulezz skorja hat-trick filwaqt li Muscat, Cohen u Pearson kienu awturi ta’ doppjetta kull wieħed.

Birkirkara ppruvaw jibqgħu fil-partita bil-gowls tagħhom jiġu skorjati minn Matthew Borg u Joseph Chetcuti.

Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Maroons li laħqu l-qofol tagħhom meta Carlos Cluett, ħu David, ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Gżira Alex Muscat.

Sadanittant il-qligħ kollu li sar minn dan it-turnament se jmur kollu għall-Community Chest Fund.

Sport