Wednesday, July 24, 2024

Volleyball: Falcons jirbħu t-Tazza Nazzjonali għat-tieni sena nfila

Aqra wkoll

Kien it-team ta’ Falcons li rnexxilu jirbaħ it-tieni finali minn tlieta tat-Tazza Nazzjonali organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Għal darba oħra, f’temp ta’ ġimgħa, fil-kumpless sportiv tal-Kottonera, it-team ta’ Falcons rebaħ lil Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-0. L-iskor tas-sets, Falcons l-ewwel kienu 25-14, 25-13 u 25-20. B’hekk Falcons irnexxilhom jirbħu dan l-unur għat-tieni staġun konsekuttiv.

Ir-riżultati kollha :

U19- BKVC Vixens vs Paola Maypole 3-2

U15- Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Paola Maypole 0-3
Swieqi Phoenix Ninjas vs Flyers 1-3

U17- Paola Maypole vs Depiro 3-2
Swieqi Phoenix Block N’ Roll vs BKVC Thunder Spikes 3-0
Swieqi Phoenix Challegers vs BKVC Storms 3-2

Final Numru 2 Tazza Nazzjonali :

Paola Executive Security vs Falcons 0-3

Ekonomija

Sport