Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Seba’ rebħiet minn disgħa għat-timijiet nazzjonali Maltin tal-Blackball

Aqra wkoll

L-ewwel ġurnata tat-tazza tan-nazzjonijiet 2024 tal-Blackball kienet waħda ferm pożittiva għat-timijiet nazzjonali Maltin hekk kif ġew reġistrati seba’ rebħiet minn disgħa.

It-tim B tal-irġiel seraq ix-xena hekk kif rebaħ it-tliet logħbiet li lagħab kontra Wales B2 15-5, Irlanda ta’ Fuq B 13-8 u l-Ingilterra B 11-10.

Min-naħa l-oħra, it-tim A rebħu lill-Ġibilta’ 18-7 għalkemm tilfu kontra l-Irlanda ta’ Fuq 13-12.

Finalment, It-tim tas-seniors rebaħ 15-10 kontra l-Irlanda ta’ Fuq għalkemm tilef kontra l-Afrika t’Isfel 15-10.

It-tieni ġurnata ta’ logħob tat-tazza tan-nazzjonijiet 2024 li qed isir fi Brindlington se tkompli llum bit-timijiet Maltin li jkunu fl-azzjoni b’dan il-programm (ħinijiet lokali)

10:00 – Malta Seniors vs Ingilterra

12:30 – Malta Masters vs Wales

15:00 – Malta Men’s A vs Wales

15:00 – Malta Men’s B vs Awstralja B

17:30 – Malta Seniors vs Awstralja

17:30 – Malta Masters vs Irlanda

20:00 – Malta Men’s B vs Belġju

22:30 – Malta Men’s A vs l-Iskozja

Ekonomija

Sport