Wednesday, July 24, 2024

Futsal: Luxol jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun lil University of Malta ACJ Group

Aqra wkoll

Luxol taw l-ewwel telfa tal-istaġun fl-Enemed Elite Round lil University of Malta ACJ Group hekk kif iddominawhom u rebħulhom 9-1.
Kienet wirja kollettiva mit-tim minn St Andrew’s li ġab fix-xejn lill-Universitarji li ftit setgħu jagħmlu kontra l-qawwa tal-avversarji tagħhom.

Emil Raducu u Everton da Silva Santos skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Marwan Telisi, Matthew Attard, Luke Gatt, Andy Mangion u Andre Ciancio żiedu l-iskor għal Luxol.

Steven Camilleri skorja l-uniku gowl għal University of Malta ACJ Group.

Referees kienu Stephen Vella u Jude Amin Utulu.

Swieqi United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil ŻRQ Bormla 4-3.

Kienet logħba ferm emozzjonanti bil-Bormliżi li sa tmiem l-ewwel taqsima kienu qed jirbħu 2-0 iżda bit-tim minn Swieqi li ħareġ tajjeb fit-tieni taqsima u wara li ġab l-iskor indaqs, irnexxielu jdawwar l-iskor favurih.

Il-plejer Arġentin Marcelo Ezequiel Alarcon kien l-eroj għal Swieqi meta skorja tripletta bi Brayan Stiven Rivera li żied ieħor.

ŻRQ Bormla kellhom lil Italo dos Santos li kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Karl Sciortino niżżel ismu fost l-iskorers bit-tielet gowl.

Referees kienu Danilo Francalanza u Marco La Rosa.

Fl-Enemed Challenger League kompliet it-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu bejn Marsaskala Futsal u Ta’ Xbiex Futsal biż-żewġ timijiet li ħarġu rebbieħa fil-konfronti rispettivi tagħhom.

Ta’ Xbiex rebħu lil Gżira United Santa Margherita 6-2 sabiex żammew l-ewwel post tal-klassifika.

Stefi Cale u Juan Bautista skorjaw doppjetta kull wieħed b’Redeemer Borg u awtogowl li żiedu tnejn oħra għal Ta’ Xbiex.

Gżira United skorjaw żewġ gowls ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Yessous Camilleri u Andrea Camilleri.

Referees kienu Andrea Naudi u Pierre Bonnici.

Marsaskala kienu tajbin biżżejjed biex għelbu lil Sliema Futsal 8-4.

L-Iskalin kienu diġa’ 2-1 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima u amministraw il-logħba filwaqt li skorjaw sitt gowls oħra għalkemm l-avversarji tagħhom baqgħu jnaqqsu l-marġni tal-iskor.

L-iskorer prolifiku Amir Ashtiyani skorja hat-trick filwaqt li Craig Pickard kien awtur ta’ doppjetta. Ayoub Ahmad, Dylan Caruana u Bertram Azzopardi sabu x-xibka u żiedu l-iskor għall-Iskalin.

Is-Slimiżi kellhom lil Wallace Oliveira jiskorja doppjetta b’Hugo Vinicius u James Brincat iżidu iktar gowls għat-tim tagħhom.

Referees kienu Danilo Francalanza u Andrea Naudi.

KLASSIFIKA– ENEMED FUTSAL PREMIER LEAGUE

University of Malta ACJ Group 39, Luxol St Andrew’s 37, ŻRQ Bormla 28, Swieqi United FC Futsal 27, Birżebbuġa St Peter’s 18.

KLASSIFIKA – ENEMED CHALLENGER LEAGUE

Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 27,  Marsaskala Futsal 25,Selezzjoni Maltija U19 10, Gżira United Santa Margherita 9, Sliema Wanderers FC Futsal 8, Selezzjoni Maltija U18 6.

Luxol inflict first defeat to University of Malta ACJ Group

Luxol jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun lil University of Malta ACJ Group

Ekonomija

Sport