Wednesday, July 24, 2024

Darts: Floriana Ajax Premier Cars iżommu l-ewwel post wara rebħa fuq Ħamrun Bayern A

Aqra wkoll

Floriana Ajax Premier Cars iżommu l-ewwel post wara rebħa fuq Ħamrun Bayern A

Floriana Ajax Premier Cars żammew l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts meta rebħu l-konfront dirett kontra Ħamrun Bayern A 5-3.

Kienet logħba ferm akkanita bil-Greens li dejjem kienu minn fuq iżda bil-Ħamruniżi li qatt ma ċedew pulzier. Kien biss fl-aħħar li l-Ajax aċċertaw ruħhom mit-tliet punti.

Sadanittant, Żejtun Laċċi A jinsabu biss tliet punti bogħod mill-quċċata wara li kisbu rebħa faċli ta’ 7-1 kontra Ħamrun Bayern B. Kienet logħba ddominata kompletament miż-Żwieten li kienu dejjem preċiżi fit-tefgħat tagħhom.

Birżebbuġa Lions baqgħu fir-raba’ post tal-klassifika wara rebħa tajba ta’ 6-2 kontra Floriana Ajax MCP filwaqt li Sliema Lounge A iddominaw il-logħba kontra PO’s Bar Gudja tant li rebħu 7-1.

Fit-tieni diviżjoni, l-ewwel tliet timijiet fil-klassifika kisbu t-tliet punti l-aktar importanti. Birgu Boċċi Club A għelbu lil Żebbuġ Rangers Darts Team 7-1 filwaqt li t-tim fit-tieni post Duke’s Bar xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Beland Żejtun 5-3.

Fl-istess waqt, Domus Men irreġistraw rebħa ta’ 6-2 kontra Cox Bar b’Top Gun Marsa li rreġistraw l-istess skor kontra Leah’s A.

Fit-tielet diviżjoni, kollox baqa’ l-istess meta Żejtun Laċċi Maypole rebħu faċilment bl-iskor ta’ 8-0 kontra Domus Ladies filwaqt li Leah’s Bar għelbu 7-1 lil Nicolo Isouard.

Birgu Boċċi Club B għelbu lil Mqabba Tal-Ġilju 6-2 b’Tal-Balklor Senglea u Munchies li offrew konfront bilanċjat wara draw ta’ 4-4.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A 42, Żejtun Laċċi A 39, Ħamrun Bayern A 37, Birżebbuġa Lions 36, Sliema Lounge A 16, Floriana Ajax MCP 11, Ħamrun Bayern B 6, PO’s Bar 3,.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 47, Duke’s Bar 42, Domus Men’s 41, Top Gun 22, Cox Bar 19, Beland Żejtun 17, Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar 1

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Żejtun Laċċi Maypole 48, Leah’s Bar B 46, Birgu Boċċi Club B 39, Mqabba tal-Ġilju 29 , Nicolo Isouard, Munchies Bar, Tal-Balklor Senglea 18, Sliema Lounge B 9 Domus Ladies 7.

Ekonomija

Sport