Fi tmiem il-ġimgħa fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera saret logħba waħda biss mill-ogħla kampjonat Super League. Hawnhekk, Falcons, immexxija minn Branko Vlahovic, rebħu lil Birkirkara bl-iskor ta’ tliet sets għal wieħed biex b’hekk baqgħu jittamaw li jkomplu jisfidaw lil Swieqi għar-rebħ tal-kampjonat. Min naħħa l-oħra, wara din it-telfa Birkirkara baqgħu fil-pożizzjoni ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika tal-kampjonat.
Fil-partiti mill-Ewwel Diviżjoni li ntlagħbu s-Sibt, Mġarr baqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva tagħhom b’rebħa fuq Birkirkara Reds 3-0. Din ir-rebħa żgur li kkonsolidathom f’ras il-klassifika. Fit-tieni logħba, Birkirkara Yellows rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0 lil Paola Yes2Health Fitness Club.
Ir-Riżultati kollha
U 19- BKVC vs Paola Executive Security 0-3
BKVC vs Swieqi Tough Cookies 0-3
First Division – Paola Yes2Health Fitness vs BKVC Yellows 0-3
Mgarr Volley vs BKVC Reds 3-0
U17 – BKVC Storms vs Depiro 0-3
Flyers vs Swieqi Phoenix Challengers 0-3
Super League – Birkirkara VC vs Falcons 1-3