Tuesday, April 30, 2024

Wara t-tieni prova Malta titpoġġa mal-favoriti li tgħaddi għall-finali

L-Ukrajna tibqa' favorita li terbaħ il-Eurovision

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni waranofsinhar f’Turin, Emma Muscat telgħet fuq il-palk għat-tieni prova tagħha bħala l-ambaxxatriċi ta’ pajjiżna, id-djar tal-imħatri għall-ewwel darba poġġew lil Malta fost l-ewwel għaxra mis-serata tas-semi finali tal-Ħamis.

Dan ifisser li skont dawn id-djar tal-imħatri, Malta qabżet lil Ażerbajġan u hemm ċans li l-kantanta Maltija tista’ tikkwalifika għall-finali tas-Sibt 14 ta’ Mejju.

Intant rigward il-finali, skont id-djar tal-imħatri, l-Ukrajna hija l-favorita li permezz ta’ Kalush Orchestra jerbħu t-trofew ta’ dan il-festival. Isegwuhom hemm l-Italja u l-Isvezja.

Sport