Friday, May 3, 2024

Wasal it-Twelid ta’ Partit Ġdid

Aqra wkoll

Il-Poplu Malti qiegħed juri li jrid partit ġdid, partit li jġib bidla radikali f’dan il-pajjiż. Dan qed joħroġ anke minn stħarriġ li qed ikun ippubblikat fil-gazzetti Maltin. L-għajta tal-Poplu Malti nstemgħet u għalhekk li bi pjaċir qegħdin inħabbru t-twelid ta’ partit politiku ġdid: il-Partit Monarkiku Malti.

Dan il-partit se jkun qed jipproponi li f’Malta jkun hawn Monarkija popolari. Jidher ċar li d-demokrazija kif eżerċitata f’Malta falliet. Jidher ċar li dan il-pajjiż ma jistax jibqa’ miexi hekk. Il-poplu qed jitlob is-serjeta’, deċiżjonijiet li jittieħdu u dixxiplina. Ir-re, elett mill-poplu biex iservi għal ħajtu, ma jħares f’wiċċ ħadd. Mhux se jkollu għalxiex jikkomprometti ruħu biex jikseb il-voti. Mhux se jkollu bżonn jinħabb man-negozjanti biex jiffinanzjawlu l-kampanja elettorali. Ir-re jmexxi u jmexxi fl-interess tal-Poplu.

Għalhekk, il-Partit Monarkiku Malti qed jistiednek biex nhar il-Ħamis, 10 ta’ Novembru 2022, fis-7.30pm tiġi u tiltaqa’ mal-mexxej tal-Partit, Mikiel Borg, u uffiċċjali oħra tal-Partit, biex tisma’ x’għandhom xi jgħidu u tgħid tiegħek inti wkoll. Din il-laqgħa pubblika se tkun qegħda ssir fil-Forti Sant’ Iermu fil-Belt Valletta.

Is-sur Mikiel Borg, se jkun lest iwieġeb il-mistoqsijiet tal-pubbliku dwar il-politika tal-Partit Monarkiku Malti, kif ukoll se jindirizza lill-folla biex jimmarka b’mod uffiċjali t-twelid ta’ dan il-partit. Wara jkun hemm bibita għal kull min jattendi.

Avv. Marcel Mifsud Maempel B.A., LLD.

Segretarju Ġenerali tal-Partit Monarkiku Malti

*   Din l-istqarrija hija maħruġa fl-okkażjoni tat-tnedija tar-rumanz “Ir-Re Borg” miktub minn Aleks Farrugia. “Ir-Re Borg” huwa pubblikazzjoni ta’ SKS Publishers

Sport