Tuesday, May 14, 2024

Il-FIFA qed thedded li tkeċċi lit-Tuneżija mit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Il-FIFA wissiet lit-Tuneżija li huma f’riskju li jitkeċċew mit-Tazza tad-Dinja x-xahar id-dieħel jekk il-gvern tal-pajjiż jindaħal fi kwistjonijiet tal-football.

It-twissija mill-federazzjoni mondjali saret wara diversi kummenti mill-Ministru taż-Żgħażagħ u l-Isport tat-Tuneżija, Kamel Deguiche, dwar il-possibbiltà li ‘jxolju l-uffiċċji federali’.

Il-federazzjonijiet membri fi ħdan il-FIFA huma meħtieġa joperaw mingħajr ebda indħil legali u politiku.

Il-FIFA tqis id-dikjarazzjonijiet ta’ Deguiche bħala tentattiv biex jinvolvi ruħu fit-tmexxija tal-FA Tuneżija (FTF) u talbet lill-federazzjoni għal ċarezza dwar indħil fl-affarijiet interni tagħha, flimkien mat-twissija dwar ix-xoljiment tal-uffiċċju tagħha.

Sport