Sunday, May 5, 2024

Stħarriġ politiku għada f’IT-TORĊA u fuq Talk.mt

Aqra wkoll

Fil-ħarġa tat-TORĊA ta’ għada u fuq is-sit elettroniku tagħna se joħroġ stħarriġ politiku mill-istatistiku Dr Vincent Marmarà.

Dan l-istudju se jkun qiegħed iħares lejn id-distakk bejn il-partiti politiċi u d-distakk bejn il-mexxejja ewlenin f’pajjiżna.

Dan kollu u aktar se jkun fil-ħarġa ta’ għada tat-TORĊA u fuq Talk.mt biex nifhmu aħjar il-polz tal-poplu Malti fil-mument.

Skont l-aħħar stħarriġ li sar f’Marzu li għadda kkummissjonat mill-istess gazzetta, il-Partit Laburista kellu distakk ta’ 13.1 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li Robert Abela kien fdat 22.5 fil-mija aktar minn Bernard Grech.

Sport