Friday, May 17, 2024

ARA: Charles Leclerc involut f’inċident fil-provi tal-GP tal-Messiku 

Aqra wkoll

B’xorti tajba s-sewwieq tal-Ferrari, Charles Leclerc, ma ġarrab l-ebda ġrieħi wara ħabta qawwija fil-provi liberi tal-Grand Prix tal-Messiku, li se jsir illum fid-9.00 pm. 

Leclerc tilef il-kontroll bil-konsegwenza li skiddja u baqa’ dieħel f’waħda mill-barrikati tal-konkos … biex kellu jabbanduna s-sessjoni tiegħu. 

Il-kollega tiegħu, Carlos Sainz, kiseb l-aħjar ħin fl-ewwel sessjoni, filwaqt li l-Britanniku George Russell (Mercedes) kien l-aktar veloċi fit-tieni.

U kemm Russell kif ukoll sieħbu Lewis Hamilton kienu kuntenti bil-karozzi tagħhom wara li kellhom ħin tajjeb.

Infatti Russell waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ minuta u 19.970 sekondi u kien segwit mill-Ġappuniż, Yuki Tsunoda (Alpha Tauri), mill-Franċiz Esteban Ocon (Alpine), il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) u ż-żewġ sewwieq tar-Red Bull, il-Messikan Sergio Perez u l-Olandiż Max Verstappen li diġá huwa dikjarat rebbieħ ta’ dan il-kampjonat. Charles Leclerc involut f’inċident fil-provi liberu tal-GP tal-Messiku.

 

Sport