Monday, October 19, 2026
Home Sport Waterpolo: Exiles SC jilqgħu lura lil Kayne Lanzon fl-istaff tekniku

Waterpolo: Exiles SC jilqgħu lura lil Kayne Lanzon fl-istaff tekniku

0
73

Exiles SC laqgħu lura lil Kayne Lanzon fl-istaff tekniku.

Kayne jingħaqad ma’ Exiles bħala Assistant Coach tal-Ewwel Tim, kif ukoll bħala Kowċ tal-Preparazzjoni Fiżika (Strength and Conditioning Coach). Huwa se jservi wkoll bħala rabta bejn it-tim ewlieni u t-tim ta’ taħt it-18-il sena, billi jikkoordina mal-kowċis Niki Lanzon u Dale Dowling.

Peress li fil-passat huwa lagħab u ħadem bħala kowċ ma’ Exiles għal ħafna snin, Exiles awgurawlu ‘merħba lura’ u qalu li qed jistennew bil-ħerqa l-kontribut siewi tiegħu fis-snin li ġejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here