Sunday, April 28, 2024

Waterpolo: Marsaskala wisq b’saħħithom għal Otters

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala …….. 19

Otters ……………..6

(4-0, 2-2, 7-1, 6-3)

Marsaskala rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għat-team Għawdxi ta’ Otters meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 19-6.

Madankollu, kien hemm mumenti li Otters żammew il-pass mal-avversarjii  speċjalment fit-tieni sessjoni fejn irnexxielhom iżommuhom fi draw ta’ 2-2.

Peró minkejja din it-telfa kien hemm punti pożittivi hekk kif bosta players żgħażagħ qed juru li għandhom futur f’din il-logħba.

Għall-Iskalin spikka ferm is-solitu David Pace Lupi li skorja xejn inqas minn ħames goals. 

Marsaskala għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers ikunu Gerald Sammut, Jake Ciantar, David Pace Lupi u Mark Carani.

Otters wettqu reazzjoni tajba u fit-tieni sessjoni rnexxielhom iżommu lil Marsaskala fi draw ta’ 2-2, b’Kyle Navarro u Mark Carani jiskorjaw għal Marsaskala waqt li Matthew Farrugia u Simon Apap irrispondew għal Otters.

Iżda Marsaskala wettqu reazzjoni mill-aqwa fit-tielet sessjoni u ttrijonfaw bl-iskor kbir ta’ 7-1, bl-iskorers ikunu David Pace Lupi (2), Mark Carani, Raoul Greco, Jake Ciantar u Gerald Sammut (2). Luigi Dimech skorja l-uniku goal għal Otters.

It-team immexxi mill-coach, Arpad Babay, reġa’ ħareġ rebbieħ fl-aħħar ses­sjoni fejn din id-darba rebaħ bl-iskor ta’ 6-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskor­ers David Pace Lupi, Kyle Navarro u Francesco Scardino, Gianluca Galea u Ayrton Camenzuli (2). Zion Bartolo u Luke Grech Carr (2) skorjaw it-tliet goals għal Otters.

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Francesco Scardino, 3-Ayrton Camenzuli (2), 5-Raoul Greco (1), 6-Gianluca Galea (1), 7-Kyle Navarro (2), 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (5), 10-Gerald Sammut (3), 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani (3), 13-Aidan Muscat, 14-Fran­cesco Scardino (1), 15-Lucas Falzon – Coach: Arpad Babay

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (2), 5-Matthew Farrugia (1), 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech (1), 10-Simon Apap (1), 11-Zion Bartolo (1), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef – Coach: Robert Munkacsy

Referees: Federico Braghini, Alex DeRaffaele

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport