Waterpolo: Sliema jirbħu logħba missielta bi tmiem kontroversjali

0
2
Ritratt: Mark Mangion

SLIEMA NEXAWIN………………19

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…. 18

(5-4, 4-4, 6-5, 4-5)

Sliema rebħu logħba missielta u ferm akkanita bi tmiem kontroversajli, b’partitarji ta’ San Ġiljan li dehru jwaddbu xi oġġetti mill-istands, bir-referee Taljan, Fabio Brasiliano, kellu jiġi eskortat mill-uffiċjali tas-sigurtà, u bil-klabb ta’ San Ġiljan joħroġ stqarrija fuq il-mezzi soċjali jikkundanna dan l-aġir.

San Ġiljan reġgħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Jake Tanti, Jake Bonavia, Ben Plumpton u Jeremy Abela, filwaqt li Sliema kienu mingħajr Liam Galea li kollha jinsabu sospiżi tul dan ix-xahar.

Sliema rebħu l-ewwel u t-tielet sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 5-4 u 6-5, bit-tieni sessjoni tintemm f’paritá ta’ 4-4, filwaqt li l-aħħar sessjoni ntrebħet minn San Ġiljan bl-iskor ta’ 5-4.

Għal Sliema reġa’ spikka ferm l-Ispanjol Albereto Barroso li skorja sitt goals, filwaqt li għal San Ġiljan l-aqwa skorer kien il-Kroat Kragic b’ħames goals.

Sliema: B. Busuttil, A. Barroso (6), G. Spiteri, J. Gambin, J. Cassar (1), B. Cachia (3), J. Cutajar (4), D. Rizzo, E. Schembri (2), J. Cachia (1), J. Chircop, D. Zammit (1), M. Bonello Du Puis, S. Engerer (1), S. Busuttil

San Ġiljan: K. Manara, J. Muscat (3), J. Marinic-Kragic (5), N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit (2), C. Cassar Bellante, I. Cuschieri, L. Fava, N. Zammit (3), D. Zammit (2), A. Fenech (1), A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja (2)

Referees: Massimo Angileri, Fabio Brasiliano

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here