Monday, May 13, 2024

Wesley Fofana jingħaqad ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Chelsea ffirmaw lid-difensur internazzjonali Franċiż, Wesley Fofana, mingħand Leicester City. 

Il-Pensionners ħallsu £70 miljun flimkien ma’ bonuses għall-ex player ta’ St Etienne. 

Iċ-chairman il-ġdid ta’ Chelsea, Todd Boehly, qal li: “Wesley huwa difensur promettenti ħafna li diġà wera l-kwalità tiegħu fil-Premier League f’età żgħira.

“Ninsabu ferħanin li stajna nġibu wieħed mill-aktar talenti eċċitanti fl-Ewropa u se nkomplu nsaħħu tal-iskwadra tagħna, kemm għal dan l-istaġun kif ukoll għal ħafna aktar li ġejjin.”

Fofana huwa l-aħħar plejer iffirmat f’dan is-suq tat-trasferimenti minn Chelsea, wara l-akkwisti ta’ Kalidou Koulibaly (Napoli), Marc Cucurella (Brighton) u Raheem Sterling (Man City).

Sport