Wednesday, April 24, 2024

“Malta se tkompli ssaħħaħ il-koperazzjoni mal-Libja”

Il-PM Robert Abela f’laqgħa mal-PM Libjan waqt iż-żjara tiegħu f’pajjiżna

Aqra wkoll

“Malta se tkompli taħdem sabiex issaħħaħ il-koperazzjoni mal-Libja, fosthom fis-settur tal-enerġja, il-politika tal-klima u s-saħħa.” Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa li kellu aktar kmieni mal-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibah.

Fil-laqgħa li saret fil-Berġa ta’ Kastilja, Dr Abela tkellem dwar kif Malta u l-Libja jridu jaħdmu id f’id fis-settur tal-enerġija. Abela tkellem dwar l-invażjoni Russa fl-Ukrajna u kif din wasslet għal żidiet drastiċi fil-prezzijiet tal-enerġija, li qed taffettwa lil diversi familji madwar id-dinja.

Il-Prim Ministru Malti qal ukoll li Malta se tkompli tisħaq għall-paċi u għad-djalogu għax skontu l-unika soluzzjoni hija djalogu. Dwar il-Libja, Abela qal li jħares ’il quddiem biex fil-Libja terġa’ tirrenja l-istabbiltà li kien hemm f’dawn l-aħħar sentejn. Qal li l-futur tal-poplu Libjan għandu jkun deċiż mill-poplu Libjan u ħieles minn kull interess ieħor.

Wiegħed li Malta se timbotta l-kawża tal-poplu Libjan fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet magħquda.

Sport