Friday, May 1, 2026

“Wettaqna ħafna, iżda baqgħalna ħafna x’nagħmlu”

- id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg stqarr li “wettaqna ħafna, iżda baqgħalna ħafna x’nagħmlu.” 

Dr Borg qal li “aħna l-moviment ta’ kulħadd. Ta’ Malta u Għawdex kollha. Flimkien irridu nkomplu naħdmu bilgħaqal. Irridu nkomplu naħdmu bħala moviment magħqud. Il-moviment tagħna jiżra t-tama, jiżra l-kuraġġ, jiżra l-għaqda. Moviment ta’ pajjiż li jistinka biex ipoġġi lill-ħaddiem u lill-familja fiċ-ċentru ta’ kulma nagħmlu.”

Tenna li l-Partit Laburista qiegħed jagħmel kampanja pożittiva. Stqarr li fl-ewwel ġimgħa ta’ din il-kampanja diġà tħabbru ħafna proposti li qed iqawwu l-qalb tal-Maltin u l-Għawdxin… “U dan għadna fil-bidu għax il-kbir għadu ġej,” qal Dr Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport