Sunday, November 24, 2024

Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur

Aqra wkoll

Bejn ilbieraħ u llum il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex organizza edizzjoni oħra tal-wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fil-pjazza l-Arċipriet Martin Camilleri, avveniment li jiġi organizzat ftit jiem qabel il-festa ta’ San Pietru u San Pawl magħrufa bħala l-Imnarja.

Hu mifhum li matul dawn il-jumejn kien hemm madwar 250 parteċipant li esebixxa xogħlijiet tagħhom fejn hu stmat li attendew madwar 4,000 ruħ fuq jumejn.

Fost id-daqq folkloristiku mill-kantant Għawdxi Spiru Sillato u żfin mil-group Folkoristiku Ċittadella, il-folla numeruża mliet parti minn Triq Dicembru Tlettax u l-pjazzetta ta’ wara l-knisja fejn kienet qed tiġi esebita din il-wirja. Kien hemm esebiti arti tradizzjonali, artisti live, nies jaħdmu snajja’ tradizzjonali fosthom bizzilla, kollezzjonijiet ta’ pjanti u materjal ieħor ieħor fosthom mħaret kif ukoll tiżjin b’armar antik ħafna tal-Imnarja u anke fost l-aqwa arranġamenti tal-fjuri maħduma lokalment.

Kien hemm esebizzjoni ukoll ta’ tjur u fniek kif ukoll wirja tal-bhejjem u żwiemel fi Triq Diċembru Tlettax. F’din l-attività, il-viżitaturi li kienu preżenti kellhom iċ-ċans li jduqu wkoll ikel u xorb tradizzjonali fosthom il-granita stil antik tal-bezzun.

Sport