Wednesday, April 24, 2024

Wirjiet mill-aqwa ta’ Dillon Cassar u Lisa Bezzina fl-Intersport 10k Series ġewwa t-Tlett Ibliet

Aqra wkoll

Dillon Cassar u Lisa Bezzina taw l-aqwa wirjiet tagħhom minn meta tnediet it-tellieqa ġewwa t-tlett ibliet tal-Intersport 10k Series fl-2017.

Il-prestazzjoni ta’ Cassar ratu jagħti l-aħjar ħin tiegħu fuq din il-korsa li hi ċatta u veloċi. Cassar temm it-tellieqa fi 30 minuta erbgħa u ħamsin sekonda. Fit-tellieqa tal-Ħadd ingħaqdu atletli oħra ta’kalibru fosthom Charlton Debono u Andrew Grech. Id-duo ġġieldu fuq din il-korsa diversi drabi u r-ritorn tagħhom, wara assenza qasira,  fisser li kienu qed jikkompetu għall-aqwa pożizzjoni. Huma kellhom ukoll t-trio kompetizzjoni minn Matthew Scicluna u Matthew Xuereb.

Cassar ħareġ fuq quddiem biex jikseb l-pożizzjoni mill-ewwel u żamm pass determinat sal-aħħar. Cassar għeleb il-kompetizzjoni iebsa ta’ Debono u Grech, li t-tnejn iġġieldu sal-linja finali, fejn tliet sekondi biss fired it-tieni post ta’ Debono mit-tielet post ta’ Grech.

Lisa Bezzina ħadet it-tellieqa bil-pass tagħha u bil-għan li tistabbilixxi rekord ta’ korsa tan-nisa. Il-ħin tagħha ta’ 36:51 għamel hekk, titjib ta’ aktar minn erba’ minuti mill-ewwel parteċipazzjoni tagħha fl-2017. Wara Bezzina kien hemm Denise Borda li spiċċat f’40:08, filwaqt li fit-tielet post kienet Francesca Arrigo li wkoll għamlet ritorn fuq din il-korsa. Arrigo spiċċat f’41:48.

Fit-Tiġrija tal-5 kilometri, Neil Brimmer ħa l-unuri, u għamel ħin ta’ 16:36. Hu kien segwit minn Keith Galea li spiċċa f’17:03, filwaqt li Joseph Meilaq spiċċa fit-tielet post, 29 sekonda wara Galea.

Rosalie Cauchi, li reċentement biss bdiet tieħu sehem f’dawn it-tip ta’ tlielaq wara karriera twila fil-futbol kompetittiv tan-nisa, rebħet it-tellieqa f’19:03. Erbgħin sekonda warajha kien hemm Hayley Acreman segwita minn Charla Pia Vella li temmet il-korsa f’20:27.

Id-Direttur tat-Tlielaq Charlie Demanuele ta il-premijiet lill-aqwa tliet rebbieħa rġiel u nisa tat-tlielaq tal-10k u l-5k.

L-edizzjoni li jmiss tal-Intersport 10k Series se ssir il-Ħadd 20 ta’ Frar u r-reġistrazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta’ dawn il-links – https://dingli7.10kseriesmalta.com/ u https://dingli8.10kseriesmalta.com/

Qabel il-bidu tat-tellieqa saret minuta silenzju b’tifkira ta’ Dr Victor Calvagna li miet dan l-aħħar u kien parteċipant frekwenti f’dawn is-Serje.

L-organizzaturi xtaqu jirringrazzjaw lil Intersport, AR Fitness, il-Kunsilli lokali ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu, Transport Malta, Sport Malta u l-pulizija tad-distrett għall-assistenza tagħhom f’dan l-avveniment li sar taħt protokolli stretti tal-Covid-19 fis-seħħ.

Intersport 10k Series Riżultati

1stDillon Cassar (30:54)Lisa Bezzina (36:51)
2ndCharlton Debono (32:46)Denise Borda (40:08)
3rdAndrew Grech (32:49)Francesca Arrigo (41:48)
1stNeil Brimmer (16:36)Rosalie Cauchi (19:03)
2ndKeith Galea (17:03)Hayley Acreman (19:43)
3rdJoseph Meilaq (17:32)Charla Pia Vella (20:27)

Sport