Wednesday, April 24, 2024

Iktar tkabbir u titjib fl-immaniġġjar tal-iskart: uffiċini ġodda fil-Kumpless ECOHIVE

Aqra wkoll

WasteServ se tkompli tikkonsolida l-operat tagħha biex tkompli ttejjeb l-istandards ambjentali.

Fil-fatt, ġew inawgurati uffiċċji ġodda fil-Kumpless ECOHIVE fil-Magħtab. Dawn l-uffiċċji se jilqgħu dipartimenti importanti fosthom Proġetti, Relazzjonijiet Pubbliċi, Saħħa u Sigurtà kif ukoll Compliance and Management Systems.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia spjega li s-sena li għaddiet il-WasteServ qabżet ir-rekord proġettat fejn kważi 19,000 tunellata ta’ materjal riċiklabbli ta’ kwalità tajba ġew riċiklati u rritornati fl-ekonomija. 

WasteServ kontinwament qed tattira talent ġdid biex tkompli twessa’ l-kapaċitajiet operattivi tagħha. 

Fil-fatt, WasteServ bħalissa għandha firxa wiesgħa ta’ professjonisti li jkopru bosta oqsma speċjalizzati. Huwa permezz tax-xogħol siewi ta’ dawn il-ħaddiema li qed jinkisbu dawn ir-riżultati.

Il-Ministru Farrugia faħħar ix-xogħol li qed isir mill-WasteServ hekk kif qed iwasslu lill-pajjiż lejn ekonomija ċirkolari li tippermetti li l-iskart jinbidel f’riżorsa biex b’hekk ma nibqgħux dipendenti fuq il-miżbliet. Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Farrugia kellu l-opportunità li jiltaqa’ wkoll mal-impjegati tal-WasteServ.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca qal li qed iħares ’il quddiem biex WasteServ tkompli tibni fuq is-suċċess li kisbet is-sena l-oħra. Is-Sur Bilocca faħħar ukoll ix-xogħol tal-impjegati hekk kif ħafna mix-xogħol fuq dawn l-uffiċini l-ġodda twettaq mit-team tal-manutenzjoni tal-WasteServ.

Sport