Saturday, May 4, 2024

Xewqa ta’ tfal li saħansitra talbu għal biljett biex jaraw il-film favorit tagħhom dan il-Milied

Titnieda l-inizjattiva annwali biex jiġu realizzati 1780 xewqa ta' tfal

Aqra wkoll

Illum tnediet l-inizjattiva annwali għal żmien il-Milied, Children’s Dreams, li għandha l-għan li tferraħ lit-tfal billi taqta’ x-xewqa tagħhom b’rigal fi żmien il-Milied.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena hemm mal-1780 Children’s Dreams, ta’ tfal li jistgħu jkunu qed jgħixu kemm mal-familji tagħhom kif ukoll f’residenzi li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).

Il-pubbliku u entitajiet oħra jistgħu jaċċessaw dawn ix-xewqat billi jżuru s-sit childrendreams.org sabiex jagħmlu realtà dawn ix-xewqat. Wara li r-rigal ikun inxtara jitwassal direttament għand it-tfal mill-ħaddiema tal-Fondazzjoni. Il-ħolm tat-tfal ivarja, minn ġugarell sa biljetti biex jaraw il-film favorit tagħhom fiċ-ċinema; u saħansitra xi kors f’xi dixxiplina jew snajja’ partikolari. 

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, flimkien mat-tmexxija tal-FSWS, tennew l-appell tagħhom sabiex ikunu megħjuna mijiet ta’ tfal b’ġesti żgħar iżda għalihom huma importanti u ta’ valur kbir. 

Kull min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt fuq 99282198 jew fuq l-indirizz elettroniku [email protected].

Sport