Tuesday, May 14, 2024

“Xorta se jkollu josserva r-regoli tal-UE” – MEP Malti bi twissija lil Musk

Aqra wkoll

Wara li ġriet l-aħbar li l-biljunarju u Kap Eżekuttiv ta’ Tesla u Space X Elon Musk kien xtara l-pjattaforma ta’ Twitter bosta kienu dawk li rreaġixxew għall-aħbar. Fost dawn kien hemm il-MEP Alex Agius Saliba li ddeskriva dan in-negozju bħala aħbar xokkanti.

Huwa wissa’ lil Musk li minkejja li bil-flus tista’ tagħmel triq fil-baħar, xorta se jkollu josserva r-regoli tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw il-pjattaformi soċjali, anke jekk se jkun qiegħed jagħmel dan in-negozju għall-prezz ta’ $44 biljun.

Għadd ta’ gruppi li jitkellmu favur id-drittijiet umani esprimew it-tħassib tagħhom dwar din il-wegħda ta’ Musk li jnaqqas iċ-ċensura hekk kif skonthom dan jista’ jżid l-ammont ta’ kliem ta’ mibegħda. Bosta kienu dawk li staqsew ukoll jekk dan ifissirx li l-kontijiet li kienu ġew sospiżi hux se jkunu qed jerġgħu jiddaħħlu; ewlenin fosthom il-kont tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Sport