Thursday, October 10, 2024

Yoweri Museveni elett mill-ġdid bħala President f’Uganda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President f’Uganda Yoweri Museveni ġie elett mill-ġdid. Uffiċjali elettorali kkonfermaw ir-rebħa tiegħu mnkejja li r-rivali tiegħu Bobi Wine qiegħed jagħmel allegazzjonijiet ta’ manipulazzjoni fl-għadd tal-voti.

Skont ir-riżultat maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali, Museveni kiseb kważi 59 fil-mija tal-voti, filwaqt li Bobi Wine kiseb madwar 35 fil-mija. Bobi Wine, aktar kmieni wiegħed li se jkun qiegħed jipprovdi evidenza ta’ frodi. Minkejja dan il-Kummissjoni Elettorali ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet.

Osservaturi tal-monitors li kienu qed jaġġornaw bl-andament tal-għadd spiċċaw ma jiffunzjonawx wara li għal xi ħin kien hemm problemi fl-internet. Wine qal li hu kien se jipprovdi evidenza ladarba l-internet jerġa’ jibda jiffunzjona.

Din se tkun is-sitt leġiżlatura ta’ Museveni li ilu fil-poter sa mill-1986.

Sport