Saturday, December 21, 2024

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontrol tal-vettura u baqa’ dieħel ġo ħajt f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi, wara aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-2:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Qalb Imqddsa f’Birżebbuġa

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li ż-żagħżugħ kien qed isuq karozza tal-għamla Toyota, u li dan tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li kellu mpatt ma’ ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport