Saturday, May 4, 2024

Żagħżugħ ta’ 16-il sena jweġġa’ gravi wara ħabta b’mutur f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-4.30p.m. tal-bieraħ meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas, Birżebbuġa.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Bormla u Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport