Sunday, November 24, 2024

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mixli b’pussess aggravat tad-droga

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 17-il sena, nżamm arrestat wara li ġie mixli b’pussess aggravat tad-droga. Huwa kien arrestat it-Tnejn filgħaxija waqt rejd li sar f’remissa fil-Marsa fejn instabu diversi pakketti bl-eroina u l-kokaina li kienu lesti biex jiġu traffikati.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur John Leigh Howard. L-Avukati Josè Herrera u Matthew Xuereb dehru għall-imputat.

Sport