Monday, October 19, 2026
Home Sport Żejtun Boċċi Club jirbħu l-Kampjonat ta’ taħt it-18-il sena

Żejtun Boċċi Club jirbħu l-Kampjonat ta’ taħt it-18-il sena

0
41

Żejtun ġew inkurunati Champions Nazzjonali tal-Boċċi ta’ Taħt it-18-il sena wara li fil-finali għelbu lil San Ġwann 21-12.

Għal Żejtun lagħbu Noah Baldacchino u Aiden Chetcuti, filwaqt li Deyan Camilleri u Nathan Tabone irrappreżentaw lil San Ġwann.

Iż-Żwieten kellhom bidu tajjeb u kienu minn fuq fl-iskor għal kważi l-konfront kollu, fejn urew konsistenza u preċiżjoni fil-logħob tagħhom. Madankollu, San Ġwann ma qatgħux qalbhom u rnexxielhom jerġgħu jidħlu fil-logħba tant li f’ħin minnhom ġabu l-iskor indaqs 10-10.

Minn hemm ’il quddiem, iżda, Żejtun reġgħu ħadu l-kontroll tal-logħba u fetħu vantaġġ importanti li wassalhom għar-rebħa finali ta’ 21-12.

Kienet finali interessanti bejn żewġ timijiet żgħażagħ li wrew il-potenzjal tagħhom boċċi, biż-Żwieten ikunu dawk li fl-aħħar iċċelebraw ir-rebħ tat-titlu nazzjonali U18 speċjalment wara li l-captain Aiden Chetcuti ġie ppreżentat bit-tazza mill-president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba.

Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee Redeemer Azzopardi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here