Thursday, March 28, 2024

Zelensky jiddubita kemm Putin għadu ħaj

Il-President Ukren bi spekulazzjoni fil-World Economic Forum…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-President Ukren qajjem dubji b’kummenti li għamel fil-World Economic Forum jekk il-President Russu, Vladimir Putin, għadux ħaj. Bi kliem li ħawwad u ħasseb lil dawk preżenti, Zelensky qajjem dubji kemm dwar l-istat ta’ saħħa tad-dittatur Russu minħabba spekulazzjonijiet li huwa marid ħafna.

Fil-World Economic Forum f’Davos, fl-Isvizzera barra li bħal diversi drabi talab għall aktar armamenti qabel aktar offensivi mir-Russja, il-President Ukren qal, “ma nafx ma min eżattament nista’ nitkellem. M’inix ċert jekk il-President Russu għadux ħaj jew huwiex huwa li qiegħed jieħu ċerti deċiżjonijiet”. 

Fil-fatt, m’hemm ebda evidenza li Putin huwa marid serjament u lanqas li miet imma, hemm ħafna spekulazzjonijiet li qiegħed jintuża raġel li jixbhu biex jidher floku. L-esperti jemmnu li persuni ta’ poter kbir fil-Kremlin jaslu li jaħbu l-mewt tiegħu bil-għan li jippruvaw iżomm l-poter u l-kontroll f’idejhom. 

F’rapporti fil-midja kien intqal li saħħet Putin allegatament ilha sejra lura għal dawn l-aħħar ħames snin u li kellu jagħmel żewġ operazzjonijiet f’perjodu ta’ ġimgħatejn. Però, uffiċjali Russi qegħdin jinsistu li l-President tagħhom huwa b’saħħtu minkejja spekulazzjonijiet persistenti li jisħqu l-kontra.

Twissija ta’ gwerra nukleari minn eks president Russu

Sadanittant, b’ritaljazzjoni għat-talba Ukrena biex jingħataw aktar armamenti, l-eks President Russu u alleat ta’ Putin, Dmitry Medvedev, hedded lill-pajjiżi tal-Punent bi gwerra nukleari jekk l-Ukrajna terbaħ lir-Russja fil-kamp tal-battalja.

Huwa wissa biex il-mexxejja tan-NATO jieqfu jfornu armamenti li qegħdin jintużaw kontrihom hekk kif il-mexxejja tal-Punent ilbieraħ iltaqgħu fil-bażi Ġermaniża Ramstein li fiha huma rrapportati li se jiddeċiedu x’armi se jintbagħtu lill-Ukrajna fosthom żewġ tankijiet tal-gwerra “Leopard 2”.

Ekonomija

Sport