Thursday, April 18, 2024

AĠĠORNAT: Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat f’ħabta f’Marsaskala

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tliet persuni ddaħħlu l-Istar wara li għall-ħabta ta’ 12:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Gardiel Marsaskala.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Toyota Dyna misjuq minn raġel residenti Ħal Qormi u karozza tal-għamla Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 65 sena residenti Birżebbuġa. Fil-karozza kien hemm riekba wkoll mara ta’ 40 sena residenti Marsaskala. Sussegwentament intlaqtet ukoll karozza Range Rover li kienet ipparkjata. Wara din il-karozza inzerta kien hemm anzjan ta’ 75 sena residenti Marsaskala li spiċċa ntlaqat fl-istess inċident.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-assistenza tiegħu liż-żewġ nisa u l-anzjan sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li l-anzjan kien sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport