Friday, November 22, 2024

Żewġ anzjani oħra jmutu waqt kienu pożittivi għall-COVID-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm kkonferma li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Jannar, mietet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.Attachments area

Sport