Tuesday, May 14, 2024

Żewġ kuntratturi mmultati €4,500 wara li waqa’ ċint fuq ħaddiem

Aqra wkoll

Kevin Attard, ta’ 43 sena, u Josman Mifsud, ta’ 25 sena, ġew immultati €2,250 kull wieħed wara li nstabu ħatja li tliet snin ilu ma ħadux il-miżuri kollha skont il-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol bil-konsegwenza li kien waqa’ ċint fuq ħaddiem.

Żewġ kuntratturi kienu responsabbli mis-sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq.

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, il-Prosekuzzjoni spjegat li fid-9 ta’ Lulju tal-2020 kienu ġew innutati diversi nuqqasijiet waqt spezzjoni li kienet saret mill-uffiċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (l-OHSA).

Fil-Qorti ntqal li l-uffiċjali tal-OHSA kienu marru fuq is-sit tal-kostruzzjoni wara li kien seħħ inċident. Dakinhar kien weġġa’ ħaddiem wara li waqa’ ċint fuqu u kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Sport