Monday, October 28, 2024

Żewġ nisa bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku iktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 a.m, , fi Triq L-Etna, fil-Mellieħa. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 69 residenti l-Mellieħa intlaqtet minn vann Ford
Transit, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-9:45 a.m, fi Triq tal-Labour, fin-Naxxar. Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li mara ta’ 61, residenti Birkirkara intlaqtet minn karozza tat-tip Renault Captur, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti in-Naxxar.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ nisa ttieħdu l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport