Żewġ persuni ġew arrestati mill-Pulizija waqt sorvelljanza b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga.
Tard s-Sibt filgħaxija waqt rondi li isiru kontinwament fl-inħawi ta’ Paceville, uffiċjali lemħu żewġ persuni li minn informazzjoni li waslet għand il-Pulizija, allegatament huma involuti fittraffikar tad-droga. Għaldaqstant bdiet sorveljanza fuqhom, fejn f’ħin minnhom, iż-żewġt irġiel, Somalu ta’ 25 sena residenti l-Marsa u l-ieħor mill-Eriterea ta’ 32 sena, residenti Tal-Pieta’, dehru javviċinaw persuna.
F’dan il-mument, ir-raġel ta’ 25 sena, kif lemaħ lill-Pulizija rema mal-art qartas b’sustanza suspettata kokaina. Immedjatament saret tfittxija fuq il-persuni u ġew elevati il-mowbajls tagħhom sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-istess traffikar ta’ droga.
Huma qed jinżammu taħt arrest u mistennija jitressqu l-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Dr. Kevan Azzopardi LL.D. għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.
