Iċ-ċkejken Ben stabbli fl-ITU – Ommu Yanika

Aqra wkoll

Omm Ben, Yanika, esprimiet il-gratitudni tagħha għal dik it-telefonata li waslet fil-ħin u li salvat ħajjet binha.

Iċ-ċkejken kien involut f’inċident b’dgħajsa l-Ħadd filgħaxija, fejn raġel mill-Mellieħa miet u raġel ieħor minn Bormka weġġa’.

Yanika rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtu messaġġi ta’ solidarjetà u għamlu kuntatt magħha f’dawn il-mumenti diffiċli. Saħqet li l-kliem mhux biżżejjed biex tesprimi dak li qed tħoss.

Hija kkonfermat li, għall-grazzja t’Alla, Ben jinsab f’kundizzjoni stabbli fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU), għalkemm it-triq għall-fejqan mhux se tkun waħda faċli.

“Ben, jien għalik se nagħmel dak kollu possibbli biex nerġgħu lura għan-normal, u naf li int se tkompli tiġġieled b’kuraġġ l-isfidi li l-ħajja poġġiet quddiemna. Ma naqtgħu qalbna qatt,” temmet tgħid Yanika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport