Għall-ħabta tas-2:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqtet minn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 45 sena ukoll residenti San Pawl il-Baħar, b’konsegwenza li t-tnejn li huma ġarrbu xi ġrieħi.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
3:49 p.m- Persuni l-Isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad
Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li ftit tal-ħin ilu fi Triq Burmarrad f’Burmarrad seħħ inċident tat-traffiku.
Sa issa kollox jindika li spiċċat ittajret mara minn mutur. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jagħti l-asstsetneza meħtieġa.
Minħabba l-istess inċident, it-triq tinsab magħluqa miż-żewġ naħat.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…