Wednesday, December 25, 2024

Żewġ persuni bi ġrieħi ħfief wara ħabta bejn erba’ vetturi f’Tal-Barrani

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Raħal Ġdid u żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa, qed isofru minn ġieħi ħfief wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-2:10 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani fil-limiti ta’ Ħal Tarxien

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; karozza tat-tip Ford Turneo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti s-Swieqi, karozza tat-tip Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun, karozza tat-tip Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa u karozza tat-tip BMW 116 li kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ li ttieħed l-Isptar flimkien mal-passiġġier.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu lis-sewwieq tal-BMW u l-passiġġier u ttieħdu l-Isptar permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjoniijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport