Sunday, December 22, 2024

Żewġ Rumeni jeħlu l-ħabs wara li serqu turisti fir-Rabat

Aqra wkoll

Andrei Nistor ta’ 51 sena u Lucian Serban ta’ 38 sena, ta’ nazzjonalità Rumena ammettew quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li kienu serqu xi turisti fir-Rubat Malta.

Il-Prosekuzzjoni li kienet immexxija mill-Ispettur Godwin Scerri qalet li huma serqu madwar €200 kif ukoll cards bankarji waqt li spjegat kif Nistor huwa reċidiv.

Min-naħa tad-difiża qalu li r-Rumeni kienu se jroddu l-flus li serqu lura.

Iżda minkejja dan, il-Maġistrat Galea qalet li ma jfissirx li għax ammettew u anke li se jħallsu l-flus lura li serqu m’għandhomx jingħataw sentenza ta’ ħabs effettiva.

Nistor ġie kkundannat 6 xhur ħabs filwaqt li Serban ġie kkundannat 3 xhur ħabs.

Għar-Rumeni dehru l-Avukati Lennox Vella u Mark Mifsud Cutajar.

Ekonomija

Sport