Wednesday, July 24, 2024

Żewġ żgħażagħ arrestati wara li serqu minn residenza fin-Naxxar

Aqra wkoll

Żewġ ġuvintur, ta’ 18 -iil sena t-tnejn li huma qed jinżammu arrestati, wara li dawn inqabdu miill-Pulizija ftit tal-ħin wara li allegatament wettqu serqa minn residenza fin-Naxxar.

Huma nstabu fil-fatt fil-pussess ta’ oġġetti li huma propjetà tal-istess residenza. Kien għall-ħabta tas-2:30 a.m, meta l-Pulizija ġew infurmati li fi Triq il-Port
Ruman, San Pawl il-Baħar, hemm żewġ persuni suspettużi u li kienu fil-pussess ta’ arma kbira li taqta’ u bil-ponta.

Minnufih fuq il-post marru l-pulizija u fl-istess triq ġew innutati ż-żewġ persuni li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatatilhom. Minn tfittxija li saret fuqhom instabu fil-pussess ta’ mannara, maxetta u ammont ta’ ġojjellerija.

Dak il-ħin huma ġew arrestati fuq il-post u ttieħdu l-għassa għal aktar stħarriġ.
Matul l-investigazzjonijiet il-Pulizija skopriet li l-ġojjellerija li nstabet fil-pussess tal-arrestati, allegatament insterqet minn residenza li tinsab fi Triq Ta’ l-Imdawra, fin-Naxxar ftit tal-ħin biss qabel.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta wkoll li ftit tal-jiem ilu nsterqet ukoll vettura mill-istess propjetà u saru ħsarat fuq numru ta’ vetturi fl-istess inħawi, allegatament mill-istess ġuvintur li ġew arrestati.

Wieħed miż-żgħażagħ huwa Ingliż residenti San Pawl il-Baħar, filwaqt li l-ieħor huwa Malti residenti l-Mosta. Huma se jkunu qegħdin jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport