Wednesday, April 24, 2024

“Żewġi għallimni ħafna matul il-ġlieda mal-kanċer” – Titħabbar il-mewt ta’ Paul Galea

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kellna ħafna tlajja’ u nżul imma dejjem affrontajnihom flimkien. Dawn l-aħħar 11-il sena ġġilidna mal-marda tal-kanċer bla waqfien u l-aħħar erba’ snin u nofs kienu l-aktar diffiċli għax il-kanċer baqa’ jattakka kontinwament”. Iddikjarat dan Marica Galea, mart Paul Galea, ir-raġel li kien qiegħed ibati mill-marda tal-kanċer għal dawn l-aħħar snin u li sfortunatament tilef il-ġlieda tiegħu fl-aħħar sigħat.

Talk.mt kien minn ta’ quddiem biex għen lil Paul u Marica f’perjodu fejn minħabba spejjeż enormi ta’ eluf ta’ euro kellhom jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku, liema għajnuna kienet apprezzata bla qies biex Paul seta’ jkompli jsiefer għat-trattamenti.

Permezz tal-esperjenza ta’ Paul u Marica dan is-sit kien wassal messaġġ b’saħħtu li ma’ din il-marda m’hemmx fond li tista’ tgħid li huwa biżżejjed. Paul jibqa’ mfakkar bħala bniedem mill-aktar beżlin li kien jaħdem sakemm tagħtih saħħtu biex jara li l-familja ma jkun jonqosha xejn. 

Dan is-sit jieħu l-opportunità biex joffri l-kondoljanzi tiegħu lil Marica u liż-żewġt uliedhom.

Sport