Friday, December 13, 2024

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi wara li waqa’ lift bihom

Aqra wkoll

Żewġt irġiel weġġgħu gravi wara li għall-ħabta tal-11.30 waqa’ lift bihom.

Il-Pulzija ġiet informata li kien hemm bżonn l-assistenza f’maħżen fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher li żewġ ħaddiema – raġel mill-Gambja ta’ 24 sena u jgħix Ħal Tarxien u raġel Malti ta’ 66 sena li joqgħod Santa Venera – kienu qegħdin jagħmlu manutenzjoni f’lift, meta għal xi raġuni waqa’ bihom.

Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku. Wara li nħarġu mil-lift, ambulanza ħadet liż-żewġ ħaddiema l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport