Wednesday, July 24, 2024

Żgħażagħ f’Londra jistgħu jeħlu għomorhom il-ħabs fuq qtil ta’ żewġ ġuvintur

Aqra wkoll

Fil-Qorti ta’ Londra, kompliet tinstema kumpilazzjoni fil-konfront ta’ grupp ta’ żgħażagħ, li jinsabu mixlija li qatlu żewġ ġuvintur, it-tnejn li huma ta’ 16 -il sena.

Il-każ imur lura għal Novembru tal-2022, meta allegatament wieħed mis-subien Charlie Bartolo ta’ 16 -il sena kien qiegħed isuq il-mutur, meta allegatament, grupp ta’ żgħażagħ marru għal fuqu bi ġlied, bil-konsegwenza li qatluh.

Fl-istess ġlieda, waqt li ż-żgħażagħ allegattament bdew jippruvaw joqtlu lil Charlie, wieħed mill-qattiela, Kearne Solanke qala daqqa ta’ sikkina ġo spalltu u miet ftit tal-ħin wara.

Filwaqt li Charlie u Kearne ġew identifikati li huma mejta fuq il-post, l-allegati qattiela ħarbu min fuq il-post.

Iż-żewġ akkużati, it-tnejn Alagie Jobe u Hussain Bah ta’ 19-il sena u tnejn. oħra, wieħed ta’ 16-il sena u ieħor ta’ 17-il sena instabu ħatja li qatlu liż-żewġ ġuvintur.

Bah u Jobe se jingħataw sentenza fis-7 ta’ Frar. Dan filwaqt, li t-tnejn oħra, li ismimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti se jingħataw s-sentenza fit-22 ta’ Frar.

Ekonomija

Sport