Żgħażagħ Laburisti jilqgħu t-tnedija tas-6 xhur gym b’xejn għal madwar 12,000 żagħżugħ u żagħżugħa li twieldu bejn l-2005 u l-2007. Din l-inizjattiva tal-Gvern hija ntiża biex tħeġġeġ aktar l-attività fiżika fost iż-żgħażagħ u tirrifletti impenn ċar lejn il-benesseri soċjali. Filwaqt li tħeġġeġ l-attività fiżika u l-isport, tagħti prijorità lis-saħħa u l-ġid taż-żgħażagħ tagħna.
Żgħażagħ Laburisti jemmnu li din l-inizjattiva tifforma parti minn viżjoni ikbar li tagħraf l-importanza li nrawmu kultura fejn l-attività fiżika tkun parti naturali mill-ħajja ta’ kuljum taż-żgħażagħ. Mod t’għajxien b’saħħtu jfisser kwalità ta’ ħajja aħjar — kemm fiżikament kif ukoll mentalment.
Żgħażagħ Labursiti jemmnu li din hija wkoll miżura soċjali, għax tagħti aċċess ekwu għal żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-20 sena għall-gym u jikkunsidrawha bħala pass konkret lejn soċjetà aktar b’saħħitha u attiva. Din il-miżura hija eżempju ta’ tmexxija b’viżjoni u b’passjoni lejn ġenerazzjoni li jistħoqqilha l-aqwa.