Friday, July 24, 2026
Home Internazzjonali Żifna li swiethom ikla ħabs

Żifna li swiethom ikla ħabs

Koppja Iranjana ngħataw sentenza ta’ għaxar snin ħabs kull wieħed għax xerdu filmat tagħhom jiżfnu fit-triq

0
553

Koppja Iranjana ngħataw piena ta’ 10 snin ħabs kull wieħed wara li nstab ħatja li żifnu ma’ xulxin fil-pubbliku. Aktar minn hekk huma nstabu ħatja li xi ħadd ħadilhom filmat li tellgħu online.

Il-ġuvni u t-tfajla li għandhom madwar 20 sena ġew akkużati li wettqu korruzzjoni, prostituzzjoni u anke propoganda kontra l-Gvern. Huma jidhru jiżfnu fil-kapitali ħdejn Azadi Tower.

Il-Gvern Iranjan qiegħda jagħti sentenzi ibsin ħafna lil persuni li huma jew kienu nvoluti fil-protesti, iżda l-koppja qegħdin jgħidu li huma m’għandhom xejn x’jaqsmu mad-dimostrazzjonijiet.